​Malta b’fondazzjoni dwar ir-riċerka tal-kanċer

Malta għandha fondazzjoni ġdida li twaqqfet bil-għan li tnaqqas il-piż tal-marda tal-kanċer fuq il-Maltin, fir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll fuq livell dinji.
Il-Fondazzjoni Emanuele Cancer Research Foundation Malta twaqqfet bil-kollaborazzjoni tal-President’s Trust, Fondazione Terzo Pilastro, Italia e Mediterraneo u l-Università ta’ Malta. Din il-fondazzjoni se tkun qed tippromwovi riċerka ta’ livell dinji dwar il-kanċer.
Permezz ta’ kollaborazzjonijiet internazzjonali, din il-fondazzjoni se tkun qed taħdem biex issir hub tar-riċerka dwar il-kanċer fil-Mediterran. Il-fondazzjoni hija bbażata fil-Bini tax-Xjenzi Biomediċi fl-Università ta’ Malta. 
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca faħħret l-impenn ta’ din il-fondazzjoni.
Ritratt: OPR