Malta b’rata ta’ dejn ferm inqas mill-medja Ewropea

Mit-28 pajjiż tal-UE, Malta kellha t-tieni l-ikbar tnaqqis fil-perċentwal tad-dejn meta mqabbel ma’ dak li jipproduċi l-pajjiż.
Skont l-aġenzija tal-istatistika tal-UE, il-Eurostat, ir-rata tad-dejn imqabbla mal-prodott gross domestiku f’Malta bejn Lulju u Settembru li għadda, niżlet bi 2.7% imqabbla mat-tliet xhur ta’ qabel, għal 71.9%.
Imqabbel mal-istess tliet xhur is-sena ta’ qabel, ir-rata tad-dejn imqabbla ma’ kemm jipproduċi l-pajjiż naqset b’0.6%.
Ir-rati ta’ Malta huma ferm aħjar mill-medja tal-UE u tal-pajjiżi taż-żona ewro. Dan għaliex, il-pajjiżi taż-żona ewro għandhom rata ta’ dejn ta’ 92.1%, li tinżel għal 86.6% meta wieħed iqis it-28 pajjiż membru. Dan hu xorta waħda kważi 15% ogħla mir-rata ta’ Malta.