​“Malta aqwa mill-medja Ewropea fl-ekonomija diġitali” – Schembri

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-indiċi tal-Ekonomija Diġitali u s-Soċjetà, Malta rnexxielha taqbeż pajjiżi kbar bħall-Ġermanja u Franza.
Spjega li fl-2018, Malta spiċċat fit-12-il post fost il-pajjiżi kollha, b’riżultat li huwa aħjar mil-medja.
Silvio Schembri qal li dan l-indiċi jħares fost l-oħrajn lejn l-internet, il-kapital uman fit-teknoloġija, l-użu tas-servizzi online, l-integrazzjoni tal-ekonomija diġitali u s-servizzi diġitali għall-pubbliku.
Temm jgħid li Malta tejbet ir-riżultati fl-oqsma kollha meta mqabbla ma’ dawk tas-sena l-oħra.