Malta allokata 330,000 doża meta jkun hemm vaċċin – Fearne

FILE PHOTO: A woman holds a small bottle labeled with a "Vaccine COVID-19" sticker and a medical syringe in this illustration taken April 10, 2020. REUTERS/Dado Ruvic/Illustration/File Photo

Read in English.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li f’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-Covid-19 fil-ġimgħat li ġejjin, pajjiżna diġà għandu allokat 330,000 doża.

Dan qalu fuq Facebook fejn spjega li dan ifisser li Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li tipproteġi l-vulnerabbli u l-frontliners. 

Ikkonferma wkoll li wara mistenni jkun hemm dożi għall-poplu kollu.

Bħalissa għaddejja ħidma biex jinħadem vaċċin effiċjenti u sigur għall-bniedem biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19.

Il-Kummissjoni Ewropea kompliet bl-isfrozi tagħha tilħaq arranġamenti simili ma’ kumpanija farmaċewtiċi oħra biex jiżviluppaw vaċċin kontra l-Covid-19.

Il-Kummissjoni rnexxilha tikkonkludi negozjati preliminari ma’ Sanofi-GSK fil-31 ta’ Lulju, ma’ Johnson & Johnson fit-13 t’Awwissu, CureVac fit-18 t’Awwissu u Moderna f’24 t’ Awwissu.

Il-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca bdiet il-provi fuq il-bnedmin tal-vaċċin esperimentali kontra l-Covid-19 li żviluppat fuq il-bażi ta’ riċerka li saret mill-Università ta’ Oxford. Il-kumpanija, waħda minn diversi kumpaniji li qed jesperimentaw biex ikunu l-ewwel fis-suq bil-vaċċin kontra l-Coronavirus, mir-riżultati sa issa hija fiduċjuża tant li bdew it-testing fuq skala mondjali qabel jibdew bil-produzzjoni tal-vaċċin.

Il-kumpanija kieney ffirmat ftehim għal 400 miljun doża tal-vaċċin ma’ alleanza Ewropa magħmula mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda iżda eventwalment talbu lill-Unjoni Ewropea tieħu f’idejha dan il-ftehim f’isem il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.