Malcom fir-radar ta’ Bayern Munich

Hekk kif il-midfielder offensiv ta’ Bayern Munich Arjen Robben jinsab fl-aħħar żmien tiegħu mat-tim mill-Bavarja, id-diriġenti diġà qed jaħsbu min jista’ jkun il-plejer illi jibdlu. Dan m’hu ħadd ħlief il-Brażiljan ta’ Bordeaux Malcom illi għarraf diġà lill-ogħla awtoritajiet tal-klabb Franċiż illi jixtieq jiċċaqlaq minn magħhom.
Din l-aħbar ġiet ippublikata fil-ġurnal Sud Ouest hekk kif dan iż-żagħżugħ ta’ 21 sena jixtieq klabb kompetittiv fejn jista’ jirbaħ xi unuri prinċipali.
Barra minn hekk wieħed mill-azzjonisti tal-klabb Franċiż sostna illi ġaladarba jbiegħu lil Malcom, huma jistgħu jġibu somma tajba tiegħu li eventwalment biha jkunu jistgħu jħallsu xi dejn pendenti.
Malcom għandu 21 sena u matul dan l-istaġun skorja tmien gowls fi 30 partita ma’ Bordeaux.