Malcolm Pisani b’kanzunetta dedikata lill-Fondazzjoni Rise

Ritratt: Federico Peltretti

Fil-jiem li għaddew, il-kantant Malcolm Pisani nhieda s-single ġdida bl-isem ta’ RISE, kanzunetta li qed tigi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise.

Malcolm għandu skop biex f’din il-kanzunetta jwassal messaġġ importanti ħafna. Il-messaġġ huwa li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u ma’ jkunx hemm tama m’għandekx għalfejn taqta’ qalbek qatt. Agħmel il-kuraġġ biex tqum fuq saqajk u ma’ terġax tirrepeti żball milli tkun għamilt fl-imgħoddi, m’għandekx għalxix tħaries lura iżda imxi fit-triq it-tajba u kun dejjem pożittiv għax żball ma’ jirrepetix ruħu bi żball ieħor.

Bhalissa Malcolm Pisani qed jaħdem fuq il-promozzjoni ta’ RISE kemm lokalalment u kemm barra minn Malta.

Din il-kanzunetta għandha produzzjoni Taljana, fuq idea ta’ Malcolm stess bi kliem ta’ Matt Black. Il-vidjo mużikali inħadem minn Clive Pace Films taħt id-direzzjoni ta’ Emanuel u Rita Pace. Il-filmat u l-muntaġġ huma wkoll ta’ Clive Pace.

Ritratt: Federico Peltretti

Malcolm Pisani ilu fi xena mużikali għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Dawn kienu snin ta’ ħidma, determinazzjoni li wassluh għal ħafna suċċessi speċjalment b’dawn is-singles,  fosthom I, Summer Love, Emperor u l-aktar waħda riċenti Valletta fejn b’unur kbir kellu l-opportunita’ jiftaħ is-serata tal-aħħar avveniment organizzat għall-Valletta 2018.

Għalkemm kellu ħafna suċċessi fix-xena mużikali bħala artist solista, tajjeb li nsemmu wkoll li Malcolm jifforma parti wkoll mill-band Malcolm&Band li taw bosta wirjiet f’okkazzjonijiet bħal Birgu by Candlelight, The International Food Festival u attivitajiet oħrajn lokali li jiġu organizzati matul is-sena.