Malcolm bejn Arsenal u Tottenham

Arsenal u Tottenham Hotspurs qed jikkontendu bejniethom l-akkwist tal-attakkant ta’ Bordeaux Malcolm.
Dan ġie żvelat fil-gazzetta The Daily Mail li sosniet kemm dan iż-żagħżugħ ta’ 20 sena qed ikun rivelazzjoni fil-Ligue 1 Franċiża.
Bordeaux, illi jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika tal-kampjonat Franċiż, qed jitolbu somma ta’ madwar € 50 miljun ewro għall-akkwist ta’ dan il-plejer.
Malcom diġa’ lagħab 51 logħba fl-erba’ snin illi ilu ma’ Bordeaux u saħansitra skorja 39 gowl.