Malaysia Airlines għandha tieqaf topera?

L-ishma fil-linja tal-ajru Malaysia Airlines naqsu bi 11% wara li t-titjira MH17 ikkraxxjat fl-Ukraina nhar il-Ħamis li għadda.
It-titjira MH17 kienet fi triqitha minn Amsterdam lejn Kuala Lampur.
Din kienet it-tieni titjira tal-Malaysia Airlines li spiċċat fi traġedja din is-sena wara li t-titjira MH370 għebet f’Marzu li għadda u sal-lum għad ma kien hemm l-ebda konklużjoni.
Diversi xniegħat dwar jekk il-linja tal-ajru hux se tkompli tkun viabbli qed jiċċirkolaw hekk kif tul dawn l-aħħar disa’ xhur, id-domanda għat-titjiriet naqset b’aktar minn 40%.