Malasja: Tfittxija fl-appartament tal-bdot tal-ajruplan

Pulizija għamlu tfittxija fl-appartament tal-bdot tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines
Dan wara li l-Prim Ministru Malajan ħabbar li l-investigaturi kkonkludew li l-moviment tal-ajruplan sar b’mod volontarju minn persuna li għandha l-esperjenza.
Il-bdot li għandu 53 sena, jgħix fil-periferija ta’ Kuala Lampur u huwa meqjus bħala espert kbir tal-avjazzjoni. Huwa għamel aktar minn 18,000 siegħa ta’ titjir.
L-ajruplan li sparixxa ġimgħa ilu kellu fuqu 239 persuna.