Malasja: L-aħħar messaġġ tal-ajruplan mat-torri tal-kontroll

L-aħħar messaġġ li wasal mingħand l-ajruplan tal-Malaysia Airlines kien li kulħadd abbord kien jinsab tajjeb.
L-awtoritajiet Malasjani qalu li l-messaġġ intbagħat ftit minuti qabel mal-ajruplan għeb għal kollox wara li telaq minn Kuala Lampur għal Beijing.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Forzi tal-ajru Malasjani, ċaħad li l-ajruplan intlemaħ għaddej fuq l-Istretta ta’ Malakka.
Preżenti għall-konferenza f’Beijing kien hemm ukoll uħud mill-familjari tal-154 persuna Ċiniża li kienu fuq l-ajruplan u sparixxew.
Il-kuntatt mal-ajruplan bit-titjira MH370 ntilef minuta wara li wasal fuq il-fruntiera bejn il-Malasja u l-Vjetnam.