Malala Yousafzai tirbaħ il-Premju Nobel għall-Paċi

Rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi, Malala Yousafzai, it-tfajla ta’ 17-il sena mill-Pakistan li laqtet tir f’rasha mit-Talibani minħabba l-ġlieda tagħha biex tfajliet imorru l-iskola. Dan tħabbar dalgħodu mill-Kumitat Norveġiż tal-Premju Nobel.

Malala hija l-iżgħar rebbieħa ta’ dan il-Premju li se tiġi onorata bih għall-isfida eroika tagħha u tal-eżempju li tat lit-tfal u ż-żgħażagħ bid-determinazzjoni tagħha dwar id-dritt għall-edukazzjoni għat-tfajliet.

B’kollox, għall-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena kien hemm 278 nomina.

Il-Premju ta’ €870,000 se jingħata lit-tfajla Pakistana bħal-lum xahrejn, proprjament fl-10 ta’ Diċembru, fl-anniversarju tal-mewt ta’ Alfred Nobel, il-fundatur ta’ dan il-premju.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech