Malala lura l-Pakistan għall-ewwel darba 6 snin wara l-attakk

Malala Yousafzai, li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi, rritornat il-Pakistan għall-ewwel darba minn meta kien ġiet attakkata b’arma tan-nar minn militanti Talibani.
L-attakk kien seħħ fl-2012 minħabba li Malala kienet qed taħdem u titkellem favur l-edukazzjoni għall-bniet u n-nisa fil-pajjiż.
Bħalissa t-tfalja qed tgħix u tistudja fir-Renju Unit.
Malala, li issa għandha 20 sena, u ija attiva fil-qasam favur id-drittijiet umani, se tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Pakistan, Shahid Khaqan Abbasi.
Għaldaqstant, id-dettalji dwar dan il-vjaġġ tagħha mhux qed jiġu mxandra minħabba s-sensitività tal-każ.
Malala u familtha qed ikollhom jivjaġġaw b’numru eċċessiv ta’ ħaddiema tas-sigurtà sabiex jassiguraw li t-tfajla tkun protetta.
Hi mistennija tibqa’ fil-Pakistan għal madwar erbat ijiem.
Ritratt: University Hospitals Birmingham