Aġġornata: Is-servizz tal-Vodafone lura għan-normal

Is-servizzi tal-Vodafone reġgħu ġew lura għan-normal, hekk kif għal xi ħin kienu bil-ħsara.
Dan ikkonfermatu l-kumpanija fi stqarrija, fejn qalet li s-servizzi kollha rritornaw mat-8.10pm.
Klijenti tal-Vodafone ma setgħux iċemplu (lanqas lill-customer care), ma setgħux jibagħtu SMS u lanqas jużaw internet. 
Vodafone skużat ruħha għal kull inkonvenjent.