Mal-mitt ruħ jingħataw l-assistenza fi Blue Lagoon

Iktar minn mitt għawwiem illum kellhom jingħataw l-għajnuna wara li sabu ruħhom f'diffikultà waqt li kienu qed jgħumu fi Blue Lagoon f'Kemmuna.
L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) qalet fi stqarrija li minkejja t-talbiet għall-għajnuna, l-għawm f'Kemmuna huwa wieħed sigur sakemm l-għawwiema jirrispettaw il-proċeduri tal-għawm fiż-żona mmarkata.
L-ERRC saħqet ukoll dwar l-importanza li l-għawwiema jsegwu l-bnadar li jitilgħu kuljum u li minn ħin għal ħin jistgħu jinbidlu skont il-qawwa tal-kurrenti.