Mal-€4,000 għal kull safra ta’ mart PM

Read in English.

Is-safar għall-mara tal-Prim Ministru sewa lill-Gvern Malti medja ta’ €4,000 għal kull safra. L-ispejjeż kienu jinkludu l-biljetti tal-ajru, trasferimenti u lukandi.

Din iċ-ċifra toħroġ minn mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, fejn il-Prim Ministru qal li għal dawk is-safriet fejn il-mara tal-Prim Ministru kienet mistiedna tmur waħidha, il-medja tal-ispejjeż mill-2004 sal-lum kienet ta’ €3,981.

Aquilina staqsa dwar safar li għamlet mart il-PM, Michelle Muscat u li għalihom ma kienx preżenti l-istess Prim Ministru.