Mal-ajruplan jinżlu wkoll is-swieq finanzjarji internazzjonali

Is-swieq finanzjarji madwar id-dinja raw tnaqqis matul il-ġimgħa hekk kif l-inkwiet fix-xena internazzjonali kompla jiżdied. Il-kunflitt fl-Iżrael u l-Palestina ħrax. Hekk kif inxterdet l-aħbar tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines, is-swieq ħadu daqqa l’isfel. L-inkwiet fl-ajruport tal-Libja wkoll wassal għal iktar problemi ta’ inċertezza fis-swieq. Dan ġara speċjalment fejn jidħlu l-ishma u mhux fejn jidħlu bonds.
Is-suq finanzjarju Russu kelli ġimgħa negattiva ferm hekk kif tħabbru iktar sanzzjonijiet fuq dan il-pajjiż u aħbarijiet internazzjonali qed jatttibwixxu dak li ġara lil ajruplan tal-Malaysia Airlines lil dan il-pajjiż. Kumpaniji li huma inklużi fil-borża tar-Russja u li jużaw id-dollaru Amerikan bħala bażi tagħhom raw tnaqqis ta’ 8% matul din il-ġmgħa.
Il-prezz taż-żejt u dak tad-deheb raw żidiet. Dan il-fenomenu iseħħ spiss meta jkun hemm xi kunflitt internazzjonali. Ir-Russja tipproduċi 10% taż-żejt mhux maħdum.
Volvo tilfu kważi 5% fil-valur tal-ishma hekk kif irreġistraw inqas profitti minn kemm mistenni. AirFrance u RyanAir ukoll raw tnaqqis hekk kif is-settur tal-avjazzjoni ħass id-daqqa malli ix-xeni ta’ dak li ġara fl-Ukrajna ntwerew mad-dinja kollha fi ftit minuti. L-Ericsson raw żieda ta’ 8% fl-ishma, b’iktar riżultati pożittivi jkomplu jiġu reġistrati xahar wara xahar.
Il-kumpanija internazzjonali Microsoft ħabret li se tnaqqas l-impjegati tagħha fix-xhur u snin li ġejjin. Se jineħħew madwar 15,000 ħaddiem. Kollox jindika li minkejja li Microsoft rat żieda ta’ 13% fil-valur tal-ishma tagħha sa issa din is-sena, bosta inġiniera u persuni li jaħdmu fuq marketing se jitneħħew. Dan għaliex hemm xogħol doppju li qed isir wara li Microsoft akwistat lin-Nokia.
Id-Danimarka għadu l-iktar pajjiż li ra żieda għolja fl-indiċi tiegħu sa issa matul din is-sena. Dan ilaħħaq l-20%. L-indiċi Norveġiż ra żieda ta’ 15%. Kien l-indiċi Awstrijak li sa issa matul din is-sena huwa l-iktar batut b’telf ta’ 6%.
Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250
L-informazzjoni u ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti ghal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’ghandhomx jiġu kunsidrati bħala parir ta’ investiment.