Mal-Agenda Bookshop ma tistenniex fil-kju

Agenda Bookshop qed tinvesti fis-servizzi ta’ xiri onlajn għall-kotba tal-iskejjel kollha inklużi Sixth Forms u kotba tal-Università.
Tliet snin ilu, Agenda Bookshop nediet websajt www.agendatextbooks.com minn fejn ġenituri ta’ studenti ta’ livelli primarji u sekondarji jistgħu jordnaw il-kotba tas-sillabi fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex.
Is-sena ta’ wara, is-servizz ġie estiż għal studenti tal-iskejjel post-sekondarji u eventwalment beda jiġi offrut lil studenti universitarji.
“L-inizjattiva ttieħdet bil-ħsieb li tiġi eliminata l-battikata li tipikament jieħdu l-ġenituri fil-ġimgħat ta’ qabel tibda s-sena skolastika. Minħabba l-ħajja mgħaġġla li bosta jgħixu llum il-ġurnata, ix-xiri ta’ kotba onlajn jagħmel ħajjet ħafna nies aktar faċli. Filfatt, kienu eluf ta’ xerrejja li rreġistraw u ordnaw minn fuq il-websajt ta’ Agenda Bookshop tul dawn l-aħħar tliet snin,” qalet Emma Sullivan, Maniġer tal-Marketing f’Agenda Bookshop.
Il-proċess tax-xiri hu sempliċi ħafna: wieħed l-ewwel ikun irid jagħżel il-livell, l-iskola u s-sena tal-istudent. Imbagħad, mid-dettalji li jiddaħħlu, il-websajt ittella’ lista ta’ kotba ġġenerata speċifikament għall-kors ta’ l-istudent.
Wieħed ikun jista’ jagħżel il-kotba li jixtieq, kif ukoll servizzi oħra bħal kisi ta’ kotba. Malli l-ordni tkun lesta, il-klijenti jiġu infurmati permezz ta’ sms jew e-mail.
Artikli kummerċjail għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt