Mal-11-il rapport kuljum fl-għassa ta’ San Pawl il-Baħar

Bejn Mejju 2019 u Ġunju 2020 saru medja ta’ 11 rapport lill-Pulizija fl-għassa ta’ San Pawl il-Baħar kuljum, b’total ta’ 4,638 rapport fi 13-il xahar. Ir-rapporti li daħlu fl-għassa ta’ San Pawl il-Baħar jinkludu l-lokalitajiet tax-Xemxija, il-Wardija, il-Qawra u Buġibba.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri qal li fl-għassa tal-pulizija tal-Mellieħa saru 1,870 rapport matul l-istess xhur filwaqt li fl-għassa tan-Naxxar saru 2,375 rapport. Ir-rapporti li daħlu fl-għassa tan-Naxxar jinkludu l-Magħtab u s-Salina.

Il-Ministru Camilleri kien qiegħed iwieġeb għall-mistqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Cutajar staqsa kemm saru rapport fl-għases tal-pulizija bejn Mejju 2019 u Ġunju 2020 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.