Mal-5 serqiet kuljum minn San Ġiljan

Read in English.

F’San Ġiljan qed ikun hemm mal-ħames każi ta’ serq kuljum.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li San Ġiljan, inkluż Paceville, ikun hemm medja ta’ 2,000 reat fis-sena. L-iktar reat komuni huwa dak tas-serq inkluż dak tal-pick-pocketing u serq minn klijenti fir-restoranti.

Tant hu hekk li s-sena li għaddiet kien 466 każ ta’ pick-pocketing kif ukoll 282 serq mir-restoranti. Is-sena l-oħra kien hemm tliet każijiet ta’ rape li ġew irrappurtati waqt li din is-sena diġà ġew irrappurtati żewġ każijiet. Din is-sena, in-numru ta’ reati sa issa huwa ta’ 583. Din l-informazzjoni ngħatat bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista Karol Aquilina.