Mal-400 kuntrattur weqfin għax m’għandhomx fejn jarmu – MDA

Read in English.

Madwar 400 kuntrattur ta’ twaqqigħ u skavar jinsabu weqfin hekk kif ma jistgħux isibu fejn jarmu l-iskart ta’ kostruzzjoni. Dan qalitu l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) li lmentat li n-nuqqas ta’ postijiet fejn jintrema l-iskart ta’ kostruzzjoni ħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza u għalhekk appellat lill-Gvern biex jieħu azzjoni immedjata.   

L-MDA stqarret li issa m’għadux il-każ li l-ispiża għar-rimi tal-iskart tgħolli l-prezzijiet tal-propjetà għax il-kuntratturi mhux qed isibu fejn jarmu għall-ebda prezz.

L-istqarrija tkompli tgħid li din is-sitwazzjoni qed tinħoloq mhix biss minħabba l-proġetti privati imma wkoll minħabba l-ammont kbir ta’ proġetti pubbliċi li huma għaddejjin bħalissa bħall-proġetti infrastrutturali kif ukoll dawk mill-Awtorità tad-Djar li qed ikomplu jżidu l-iskart ta’ kostruzzjoni.