Mal-250 multa għal nies li ma kinux lebsin il-maskra fi tmiem il-ġimgħa

people-wearing-masks-valletta-2
Miguela Xuereb

Aktar minn 250 persuna weħlu multa għax ma kinux lebsin maskra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fuq Facebook, fir-rigward ta’ persuni li ma kinux lebsin maskra f’postijiet pubbliċi.

Fil-jiem li ġejjin dawn il-multi se jkunu estiżi għal dawk li ma jilbsux il-maskra anke barra fit-toroq, skont l-aħħar miżuri li tħabbru mill-Gvern nhar il-Ġimgħa li għadda sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus.

Infurmat li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-pulizija u l-uffiċjali tal-komunità taw iktar minn 2⃣5⃣0⃣ ċitazzjoni…

Posted by Byron Camilleri on Tuesday, October 20, 2020

Il-Ministru żied jgħid li saru mijiet ta’ spezzjonijiet u li l-maġġoranza tan-nies qed juru dixxiplina. F’ħafna każijiet l-awtoritajiet jipprovaw jiġbdu l-attenzjoni u jedukaw.