Mal-200 jattendu kors tar-robotika għat-tfal Għawdxin

DOI: Terry Camilleri

Read in English.

’Il fuq minn 200 tifel u tifla ta’ bejn sitta u għaxar snin attendew għall-korsijiet tar-robotika li saru f’Għawdex matul il-ġimgħat tas-sajf.

Waqt is-serata tal-għoti taċ-ċertifikati lill-parteċipanti, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li permezz ta’ korsijiet bħal dawn it-tfal qed jorjentaw irwieħhom fil-qasam tat-teknoloġija, l-informatika, l-intelliġenza artifiċjali kif ukoll ir-realtà virtwali biex b’hekk ikollhom il-bażi tat-tagħlim għall-futur tagħhom f’dawn l-oqsma. Il-Ministru ħabbret li qed isiru diskussjonijiet biex il-korsijiet avvanzati tar-robotika għat-tfal jibdew isiru f’Għawdex ukoll.

Il-kors ingħata minn TCTC u u kien offrut b’xejn lit-tfal wara li kien kopert finanzjarjament mill-Ministeru għal Għawdex.

DOI: Terry Camilleri