Mal-1,000 persuna jieħdu t-tilqima tal-influwenza llum – Fearne

Chris Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li matul il-jum tal-lum kien hemm ftit inqas minn 1,000 persuna li ħadu t-tilqima tal-influwenza matul il-jum tal-lum.

Illum kienet l-ewwel ġurnata fejn it-tilqima kienet disponibbli għall-pubbliku miċ-ċentri tas-saħħa. Madanakollu, il-maġġorparti taċ-ċentri mhux qed jagħtu din it-tilqima minħabba d-dirtettivi tal-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

Is-servizz tat-tilqima tal-influwenza jinsab interrot f’diversi lokalitajiet minħabba azzjonijiet industrijali mill-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN). Intant għada se tkun qed issir laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN biex tinstab soluzzjoni dwar dan.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa kien spjegat li ċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, Birkirkara u l-Furjana, kif ukoll il-klinika tal-komunità taż-Żurrieq qed joperaw normali s-servizz tat-tilqima tal-influwenza.