Mal-10,000 immigrant minorenni jasal fil-Mediterran f’sitt xhur

Aktar minn 75,000 refuġjat waslu fl-Italja, fil-Greċja, f’Spanja u f’Malta din is-sena, żieda ta’ 25% meta mqabbel mas-sena 2013.
Fir-rapport tal-UNHCR intqal li 10,500 minn dawn kienu tfal, 6,500 minnhom kienu waħedhom jew kienu separati mill-familja tagħhom.
Aktar minn 800 persuna mietu fil-Mediterran din is-sena.
Kien hemm żieda fl-imwiet meta mqabbel mas-sena 2013, fejn mietu 600, u 500 mietu fl-2012.
Bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju, madwar 8,000 persuna kienu salvati mill-awtoritajiet Maltin u Taljani.
Il-Kummissarju għall-Immigranti Antonio Guterres faħħar il-ħidma li qed issir, iżda qal li l-Ewropa trid tagħti l-assistenza tagħha.  
Il-maġġoranza tal-immigranti kienu mill-Eritrea, mis-Sirja, mill-Mali, mill-Afrika ta’ Fuq u mill-Libja.
Il-kawża ta’ dawn l-imwiet kienu li għerqu, ta' qtugħ ta’ nifs u anke suspettat mwiet b’daqqiet ta’ sikkina.