Mal-1,000 Filippin mistennija jaslu Malta mill-Libja

Mal-1,000 ċittadin mill-Filippini se jkunu qed jiġu evakwati mil-Libja permezz ta’ vapur li se jasal Malta fis-sigħat li ġejjin.
F’kummenti lil midja, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tal-Filippini, Albert Rosario qal li l-vapur qed jitħejja biex jevakwa għadd ta’ ħaddiema Filippini hekk kif is-sitwazzjoni fil-Libja qed tiggrava.
Huwa stmat li fil-Libja hemm mat-13,000 Filippin.
Evakwazzjoni simili kienet seħħet lura fl-2011 meta kien hemm il-protesti kontra t-tmexxija ta’ Muammar Gaddafi.