Majjal saltinbocca alla Romana

Ingredjenti

Għas-saltimbocca

200g fillet tal-majjal maqtugħa f’sitt biċċiet mit-tul

6 weraq tas-salvja (sage)

6 slajsis perżut tal-għadma

25g dqiq plain

1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa

bżar iswed u melħ

Għall-fażola twila

1 ras ta’ tewma mgħaffġa

150g cherry tomatoes, imqattgħa min-nofs

200g fażola twila

50ml nbid abjad

Metodu

Poġġu kull slajs tal-majjal fuq iċ-chopping board  u sawwatha bil-mod  bil-lenbuba sakemm tiċċattja u ssir għoli ta’ nofs ċentimetru.

Fuq kull slajs dawwar werqa salvja imbagħad dawwar kollox b’biċċa perżut.

Poġġi d-dqiq fi platt wiesgħa u għaddi s-slajsis minnu biex tiksi l-laħam tajjeb.

Saħħan taġen li fih iż-żejt taż-żebbuġa u aqli l-laħam fuq kull naħa sakemm isir sewwa u l-perżut isir iqarmeċ. Neħħi l-laħam mit-taġen u ħalli f’ġenb.

Fl-istess taġen aqli t-tewm għal minuta u wara żid it-tadam, il-fażola t-twila u l-inbid abjad għal madwar 4 minuti sakemm tara li l-fażola tkun saret tarija. Jekk ikun hemm bżonn żid aktar ilma waqt is-sajran.

Servi l-laħam ma’ dan il-ħaxix.