Maħtur bord li jamministra l-assi maqbuda mingħand il-kriminali

L-Imħallef Emeritu Joseph David Camilleri se jkun qed imexxi l-Bord tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, li jieħu ħsieb li jiġbor u jamministra l-multi u l-assi konfiskati mill-qorti jew il-Pulizija.
Il-membri l-oħra tal-bord huma lis-Suppretendent Ian Abdila biex jirrappreżenta lill-Kummissarju tal-Pulizija, Marvin Gaerty, il-Kummissarju tat-Taxxi, Frankie Mercieca, id-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja u lil Kenneth Farrugia, id-Direttur tal-Financial Intelligence Analysis Unit.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li dan il-bord se jgħin fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata billi jiddentifika, jaqbad u jamministra l-assi tal-kriminali.
Qal li l-Bord se jassigura wkoll li jħallas it-taxxi mill-profitti li jsiru mill-attivitajiet illegali.