Maħtuf l-eks Deputat Prim Ministru Libjan

L-eks Deputat Prim Ministru Libjan Mustafa Abushagar inħataf minn grupp ta’ militanti armati fil-Libja.
Abushagar kien elett x-xahar li għadda minn Suq Al-Juma, bħala wieħed mill-ħames membri fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Rapporti mhux ikkonfermati jsostnu li l-militanti marru quddiem ir-residenza tiegħu b’ambulanza u ppuntawlu arma quddiem il-familja tiegħu biex jitlaq magħhom mid-dar.
Għadu mhux magħruf liema grupp tal-militanti armati ħataf lil Abushagar iżda wara dan il-ħtif qed jiżdied ir-riskju tal-ħtif ta’ iżjed politiċi Libjani prominenti.
Abushagar kien l-iktar kandidat li akkwista voti u għalhekk kien mistenni li jinħatar President tal-Kamra fl-4 ta’ Awwissu li ġej, meta kellu jinħatar Gvern ġdid.