Mahrez mistenni jitlaq lil Leicester City

Fl-aħħar Riyad Mahrez ta’ Leicester City mistenni jingħaqad ma’ Manchester City ta’ Pep Guardiola wara li dawn fallew milli jakkwistaw lill-Alġerin fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Ir-rebbieħa tal-kampjonat Ingliż ser ikollhom jinvestu £60 miljun sabiex jiksbu lill-plejer ta’ 27 sena.

Riyad Mahrez skurja 13-il gowl f’41 logħba matul l-istaġun l-għadda għat-tim immexxi minn Claude Puel u kien wieħed mill-aqwa plejers tagħhom meta rebħu l-Premier League Ingliż fl-2015-16.

Leicester City iffirmaw lil Mahrez mingħand Le Havre fl-2014 għas-somma ta’ £400,000 u lagħab 179 darba għal The Foxes filwaqt li skurja 48 gowl.

Miġjub lilek minn Hublot