“Mahrez lura għan-normal ma’ Leicester” – Puel

Il-kowċ ta’ Leicester City Claude Puel tkellem f’konferenza stampa filwaqt illi l-ġurnalisti preżenti reġgħu semmewlu l-każ ta’ Riyad Mahrez, illi kif nafu għamel l-ewwel ġranet ta’ Frar nieqes mit-tim wara li m’attendiex għat-taħriġ fuq protesta talli l-klabb naqas milli jirsisti għat-transfer tiegħu ma’ Manchester City.
Puel sostna illi issa dan l-episodju huwa passat hekk kif il-plejer Alġerin reġa’ rritorna mal-Foxes bl-aħjar mod filwaqt illi qed jerġa’ juri l-logħob tipiku tiegħu.
Il-kowċ ta’ Leicester sostna illi l-plejers tiegħu taw sapport kbir lil Mahrez u dan kollu xprunah sabiex jerġa’ jirritorna ma’ sħabu.
Puel temm jgħid illi issa l-partitarji tal-klabb ser ikollhom iċ-ċans jerġgħu jaraw lil Mahrez u l-iskorer prolifiku Jamie Vardy jilagħbu flimkien.