Mahrez iktar interessat f’Arsenal milli Liverpool

Skont il-gazzetta The Daily Express, il-plejer Alġerin ta’ Leicester City, Riyad Mahrez, mhux interessat li jingħaqad ma’ Liverpool iżda jrid jistenna l-iżviluppi li ġejjin minn Londra hekk kif Arsenal huma attirati minn dan il-plejer.
Min-naħa tiegħu Mahrez jixtieq ħafna jingħaqad mal-Gunners u kien għalhekk illi talab lill-Foxes sabiex iħalluh jitlaq wara li baqa’ magħhom sal-bidu ta’ dan l-istaġun.
Mahrez huwa plejer ferm popolari fl-Alġerija u ma’ Leicester rebaħ il-kampjonat fl-2016.