​”Maħfra Presidenzjali lill-allegati qattiela ta’ Daphne hi spekulazzjoni bla bażi” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sejjaħ spekulazzjonijiet bla bażi, mistoqsija parlamentari li fiha ġie mistoqsi jekk il-Gvern offriex jew hux qed jikkunsidra li joffri l-Maħfra Presidenzjali lit-tliet persuni akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fi tweġiba parlamentari, il-Prim Ministru jgħid li l-Gvern huwa impenjat li bl-istess mod li ġew arrestati u tressqu quddiem il-Qorti t-tliet akkużati, "hekk ukoll hu determinat li tkun magħrufa l-verità kollha dwar il-każ".
Il-mistoqsija parlamentari saret mid-deputat tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia.