Maguire attirat minn Manchester City

Wara t-trasferiment ta’ Virgil Van Dijk illi ngħaqad ma’ Liverpool minn ma’ Southampton għal 75 miljun lira sterlina, issa jidher illi ser ikun hemm trasferiment ta’ difensur ieħor hekk kif skont ma rrapurtat The Sun, Manchester City jinsabu interessati fil-plejer ta’ Leicester Harry Maguire.
Dan il-plejer qed jogħġob ferm lilll-kowċ Pep Guardiola u dan il-ġurnal żvela li d-diriġenti ta’ The Sky Blues lest li jonfqu 60 miljun ewro għall-akkwist ta’ dan id-difensur ta’ 24 sena.
Maguire diġa’ ssejjaħ tliet darbiet mill-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate u qed jitqies bħala plejer li għandu awtorita’ kbira fuq wara tal-grawnd.