Magħżula l-kategoriji tal-ġurija ta’ X Factor

Din l-edizzjoni ta’ X Factor ġabet fi tmiem il-Bootcamp u issa l-kompetizzjoni kulma jmur qiegħda dejjem tiħrax. Il-fażi li jmiss hija tas-Six Chair Challenge fejn se nkunu qed ngħixu bosta emozzjonijiet.

Iżda ċertament li għal darba llejla kienu l-erba’ membri tal-ġurija li kienu ftit anzjużi hekk kfi kienu qed jistennew biex jaraw liema kategoriji ġew assenjati lilhom.

“Il-kategoriji huma kollha interessanti,” ikkummentat Ira waqt li Howard żied jgħid li potenzjalment din is-sena hemm rebbieħ f’kull kategorija. Alexandra qalet li ma tiddejjaqx jekk f’idejha tieħu l-gruppi mill-ġdid, waqt li Ray jidher li hu lest għal kollox. Howard però ma jiddejjaqx jerġa’ jkollu t-tfajliet għalkemm jixtieq ukoll jesperjenza dinamika differenti.

U wara dan kollu l-kategoriji tqassmu:

Il-kategorija tat-tfajliet: Ira Losco

 

Il-kategorija tal-ġuvintur: Ray Mercieca

Il-kategorija tal-“Overs”: Alexandra Alden

Il-kategorija tal-gruppi: Howard Keith Debono

X’taħsbu minn kif tqassmu l-kategoriji?