Il-kantanta Amerikana Billie Eilish qed tirrekordja l-kanzunetta l-ġdida għall-film il-ġdid ta’ James Bond. B’hekk se tkun l-iżgħar kantanta li qatt għamlet hekk.
L-artista Amerikana ta’ 18-il sena kitbet il-kanzunetta’ No Time To Die ma’ ħuha l-kbir Finneas O’Connell.
Eilish qalet: “Inħossha tal-ġenn li tkun parti minn dan il-film b’dan il-mod. Hu unur enormi li tikteb u tikkomponi t-tema ta’ kanzunetta għall-film li jagħmel parti minn sensiela leġġendarja. James Bond huwa l-isbaħ film franchise li qatt eżista. Jien għadni taħt xokk.”
Hi kompliet tgħid li “Il-kitba tat-tema tal-kanzunetta għal film ta’ Bond hija xi ħaġa li kont ilni noħlom li nagħmel tul ħajjitna kollha. M’hemm l-ebda tqabbil klassiku aktar tal-mużika u ċ-ċinema għajr dawk tat-tipi ta’ Goldfinger u Live And Let Die. Inħossuna xxurtjati li għandha parti mil-leġġenda li huma l-films ta’ 007.”
Hemm kantanti li rebħu Oscar għall-kanzunetta li kantaw għal xi film ta’ James Bond. Jista’ jkun li dik ta’ Billie Eilish tagħmel l-istess.
Dawn huma l-kanzunetti kollha fil-films ta’ James Bond u l-lista tal-kantanti li nterpretawhom.
1963 From Russia With Love – Matt Monro
1963 James Bond Theme – John Barry Orchestra
1964 Goldfinger – Shirley Bassey
1965 Thunderball – Tom Jones
1967 You Only Live Twice – Nancy Sinatra
1969 We Have All The Time in the World – Louis Armstrong
1971 Diamonds are Forever – Shirley Bassey
1973 Live and Let Die – Paul McCartney & Wings
1975 The Man With The Golden Gun – Lulu
1977 Nobody Does It Better – Carly Simon
1979 Moonraker – Shirley Bassey
1981 For Your Eyes Only – Sheena Easton
1983 All Time High – Rita Coolidge
1985 A View To A Kill – Duran Duran
1987 The Living Daylights – A-ha
1989 License To Kill – Gladys Knight
1995 GoldenEye – Tina Turner
1997 Tomorrow Never Dies – Sheryl Crow
1999 The World Is Not Enough – Garbage
2002 Die Another Day – Madonna
2006 You Know My Name – Chris Cornell
2008 Another Way To Die – Alicia Keys & Jack White
2012 Skyfall – Adele
2015 Writing’s On The Wall – Sam Smith
2020 Għad irid jingħata l-isem – Billie Eilish