Magħżula l-attriċi li se tkun Michelle Obama f’serje televiżiva ġdida

Ritratt:: Chuck Kennedy

First Ladies hu l-isem ta’ sensiela ġdida li se tkun qed tinħadem mill-istazzjon televiżiv Amerikan Showtime.

Kif jindika l-isem din is-sensiela First Ladies se tkun tittratta l-ħajja personali u politika ta’ tliet personaġġi femminili Betty Ford, Eleanor Roosevelt u Michelle Obama.

Kull storja se tkun ta’ madwar siegħa u l-ewwel staġun se jikkonsisti fi tlett puntati.

Ritratt: Axelle/Bauer-Griffin/FilmMagic

Biex tinterpreta l-parti ta’ Michelle Obama intagħżlet l-attriċi Viola Davis li ħafna jassoċjawha mas-sensiela ferm popolari How To Get Away With Murder.

Davis interpretat ukoll il-parti ewlenija fil-film taċ-ċinema Widows li kien remake tas-serje popolari Ingliża tas-Snin 80 li kienet iġġib l-istess isem miktub minn Lynda La Plante.

Għas-sensiela First Ladies Davis se tkun qed tagħmilha wkoll wkoll bħala executive producer.

L-aħbar li Davis se tkun qegħda tinterpreta lil Michelle Obama kisbet reazzjoni pożittiva u bosta kitbu li ma setgħetx issir għażla aħjar għal attriċi biex tidħol f’dan il-karattru.

AQRA: Anki dawn se jħalluna!