Magħżul il-ħaddiem tas-sena 2014 tal-lukanda Phoenicia

Il-ħaddiem tas-sena fil-lukanda Phoenicia jintgħażel permezz ta’ proċess annwali. Kull tlett xhur, il-kapijiet ta’ kull dipartiment fil-lukanda jinnominaw impjegati li jeċċellaw fix-xogħol tagħhom. Konsegwentement, dawk li jkunu ġew nominati tul is-sena kollha, awtomatikament jiġu nominati għall-premju tal-Ħaddiem tas-Sena.
Fi stqarrija tal-lukanda ntqal li John Paul Vella ngħata dan il-premju għall-2014 għax eċċella fir-rwol tiegħu fir-ristorant Pegasus u għax permezz tal-ħidma tiegħu mal-kollegi u mal-klijenti tal-lukanda, huwa wera impenn lejn il-valuri tal-Phoenicia.
Il-General Manager, Charles Azzopardi, waqt il-preżentazzjoni ta’ dan il-premju, qal li ngħataw diversi rikonoxximenti fi ħdan ir-ristorant Pegasus, pero “dan jagħmilni l-iktar kburi, l-iktar minħabba x-xogħol siewi li jsir minn wara l-kwinti u li jiggarantixxi servizz tajjeb lill-klijenti”.
L-istess sentiment ta’ sodisfazzjon esprimieh il-Maniġer responsabbli mill-Food and Beverage, Francesco Perricone.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt