Magħrufa d-dati tal-aħħar tliet puntati ta’ L-Għarusa

Bosta huma dawk li qed jistennew il-finali tas-sensiela L-Għarusa li għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.

Bħalissa kull nhar ta’ Tlieta qed jixxandru żewġ episodji wara xulxin mit-tieni staġun filwaqt li ħafna mix-xeni li fadal għall-aħħar puntati tlestew ukoll. Jonqos biss ftit xeni x’jitlestew.

Għal dawk li jridu jieħdu nota, l-aħħar tliet puntati ta’ L-Għarusa se jkunu it-Tlieta 8, 15 u 22 ta’ Settembru, dejjem fid-8.50pm fuq TVM.

Dawn l-episodji se jkunu qed jitwasslu proprju qabel il-bidu tal-iskeda tal-ħarifa li probabbilment tibda mit-Tnejn 28 ta’ Settembru.

S’issa l-unika drama li hija kkonfermata li se tibda fl-iskeda tal-ħarifa hija L-Ispettur, ibbażata fuq it-triloġija teatrali tal-Ispettur Bonnici ta’ Mario Philip Azzopardi.