Magħrufa ċ-Champions tal-BOV Bowling fil-kategoriji taż-żgħar

Matthew Magro rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-BOV Bowling U23, b’Sara Xuereb tiddomina biex tirbaħ it-8 titlu konsekuttiv tagħha f’din il-kategorija. Nicholas Muscat u Ruslana Grima ġew inkurunati rebbieħa fil-Kategorija U16 filwaqt li Nicolai Mallia u Karlise Bartolo rebħu l-kategorija U12. Il-kampjonati kienu organizzati mill-Malta Ten Pin Bowling Association u ntlagħbu fl-Eden Superbowl.

Il-Kampjonati maskili taħt it-23 sena wera punteġġi partikolarment għoljin, bir-rebbieħ tas-sena li għaddiet taħt it-23 u taħt is-16-il sena Nicholas Muscat jiġri fuq quddiem b’total ta’ 2705 fuq 12-il logħba, fejn kiseb ir- rekord ta’ taħt it-18-il sena ta’ 1357 pin (226 medja) fuq 6 logħbiet.

Kayden Lagana, li għad għandu 12-il sena kellu wkoll serje brillanti ta’ 2460, u kkwalifika fit-tieni post fil-kategorija U23 wara Muscat u eżatt qabel Matthew Magro. Reuben Scerri, Kyle Camilleri u Miguel Xuereb ukoll ikkwalifikaw għall 6 finali. Il-vantaġġ enormi ta’ Muscat ma kienx biżżejjed biex iżomm l-ewwel post hekk kif Magro, li għandu 18-il sena lagħab serje tal-1192 fuq 5 logħbiet, b’medja ta’ 238 biex jirbaħ il-5 logħbiet kollha u jitla fl-ewwel post. Din is-serje hija t-tieni l-aqwa serje ta’ 5 logħbiet li qatt intlagħbet minn kwalunkwe plejer lokali.

Lagana’ żamm it-3 post b’vantaġġ minimu ta’ 11-il pin fuq Xuereb u kompla jiffaċċja lil Muscat biex jara min se jisfida lil Magro fil-finali. Muscat ma setax madankollu jsib il-forma preċedenti u tilef 171-202, u Lagana’ kompla jiffaċċja lil Magro. F’logħba kombattutissima, Magro meritatament rebaħ it-titlu U23, b’riżultat ta’ 217-202.

Sara Xuereb iddominat il-grupp femminili mill-ewwel ġurnata biex rebħet it-8 titlu konsekuttiv tagħha fil kategorija ta’ taħt it-23 aena. Kisbet medja ta’ 217 scratch matul it-12-il logħba fil-fażi ta’ kwalifikikazzjoni , quddiem Ruslana Grima u Karlise Bartolo fir-round robin, qabel Rachel Chircop, Celianne Micallef u Mia Bugeja. L-ewwel 3 ma biddlux il-pożizzjonijiet wara dan ir-round robin, b’Xuereb tirbaħ il-5 logħbiet kollha tagħha, Grima rebħet 3 u Bartolo rebħet  2 logħbiet. Dan fisser li Bartolo ffaċċjat lil Grima biex tiddetermina min kien se jaffronta lil Xuereb fil-finali. Grima għelbet lill Bartolo, li għad għandha 11-il sena b’ pin wieħed biss

Grima mbagħad iffaċċjat lil Xuereb fil-finali. Wara li kisbet vantaġġ żgħir kmieni fil-logħba, Grima rat dan jisparixxi hekk kif Xuereb għamlet 4 strajks konsekuttivi fl-aħħar biex rebħet 203-172.

Fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena, Nicholas Muscat iddefenda t-titlu tiegħu b’dik il-prestazzjoni li kiser ir-rekord u spiċċa qabel Lagana’ u Chris Fenech, Ruslana Grima ma kellhiex sfidi reali hekk kif ħarġet rebbieħa komda b’medja qawwija ta’ 192 fuq 12-il logħba, ferm qabel Bartolo u Celianne Micallef. Dan kien it-3 titlu ta’ Grima taħt is-16-il sena wara xulxin.

Fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena, Nicolai Mallia għeleb lil Tomas Caruso b’10 pins waqt li t-tielet post mar għand Matthew Bonello. Karlise Bartolo faċilment rebħet il-kategorija tagħha b’1224 pin għal 965 ta’ Charlize Bartolo. Jade Barbara kienet it-tielet bi 826 pin.

L-ogħla logħbiet li ntlagħbu kienu t-tnejn 290 miċ-champions taħt it-23 sena, Sarah Xuereb u Matthew Magro.

Charles Azzopardi, PR Eżekuttiv u Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej lir-rebbieħa kollha filwaqt li feraħ lill-plejers li se jkunu l-futur tal-Bowling f’Malta.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).