Magħruf x’wassal għall-mewt ta’ Juice WRLD

Juice WRLD (ippronunzjat World), rapper Amerikan magħruf ħafna fuq l-istreaming platforms, miet fl-età ta’ 21 sena b’attakk ta’ puplesija. Kien rappurtat li r-raġel miet waqt li kien fl-ajruport ta’ Midway f’Chicago nhar il-Ħadd li għadda.

Juice WRLD, li ismu proprju kien Jarad Anthony Higgins, baqa’ magħruf l-aktar għas-suċċess tiegħu tas-sena l-oħra Lucid Dreams li telgħet fit-tieni post fiċ-charts. L-aktar temi popolari fil-mużika tiegħu kienu s-saħħa mentali, il-mewt u l-użu tad-drogi.

Il-kumanija tad-diski tiegħu Interscope Geffen A&M Records fi stqarrija semmiet li l-Juice WRLD kien bniedem eċċezzjonali li għamel impatt tremend fuq il-dinja fi spazju ta’ ftit snin biss.

Il-Pulizija f’Chicago rrappurtat li raġel ta’ 21 sena ttieħed l-isptar għall-ħabta tad-9am. Intqal li r-raġel ma mietx f’ċirkostanzi ta’ vjolenza u ma kienx ċar jekk mietx bl-użu tad-drogi.

Wrld Juice twieled f’Chicago fl-1998 u trabba minn ommu li kienet mara reliġjuża ħafna u konservattiva li ma kinitx tħallih jisma’ l-mużika hip hop. Madankollu meta kien l-iskola beda r-rapping u kiseb fama kbira. L-ewwel diska ED kienet 999 sentejn ilu li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta mdaħħlin fix-xena mużikali.

Juice WRLD għalaq sninu l-ġimgħa li għaddiet u fi tweet kien qal li dan kien wieħed mill-isbaħ birthdays li qatt kellu.