Maġġoranza ta’ werrieta se jkunu jistgħu jġiegħlu bejgħ ta’ propjetà

Maġġoranza ta’ werrieta se jkunu jistgħu jġiegħlu bejgħ ta’ propjetà.
Dan hekk kif illejla l-Parlament għadda b’mod unanimu mit-tieni qari abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici sostna li l-miżura se tkun qed tgħin lill-ambjent hekk kif għandha tiffaċilita l-bejgħ ta’ propjetà vojta li spiss tibqa’ mhux mibjugħa minħabba qbil dwar il-valur bejn il-werrieta. Huwa qal li preżentement hawn madwar 41,000 propjetà vojta f’Malta.
L-abbozz ta’ liġi, li issa għadda biex jiġi rfinut fi stadju ta’ kumitat, jipproponi li biex maġġoranza ta’ werrieta jġiegħlu bejgħ ta’ propjetà jeħtieġ sentenza tal-Qorti wara li jkun konfermat li l-valur suġġerit huwa wieħed ġust.
Il-liġi mistennija tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April u biex ikun mġiegħel il-bejgħ ta’ propjetà, din trid tkun ilha fil-pussess in komuni tal-komproprjetarji tagħha għal perjodu ta’ mill-anqas tliet snin.
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, waqt li tenna l-appoġġ tal-Oppożizzjoni għal dan l-abbozz, sostna li dan waħdu mhux se jsolvi l-problema tal-propjetà vojta.