“Maġġoranza storika għall-Partit Laburista” – Muscat

PL

F’kollegament telefoniku fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li jidher li l-Partit Laburista kien se jikseb 55% tal-voti mitfugħa għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u li d-distakk bejn iż-żewġ partit kien ta’ madwar 17% jew 45,000 vot.

Huwa qal li skont il-proġetazzjonijiet tal-Partit Laburista, il-Partit irnexxielu wkoll jikseb ir-raba’ siġġu. Fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista ġab 37%.

Huwa qal li minkejja li l-Partit kien qed jikseb l-istess perċentwali tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet, id-distakk kiber tant li din tidher li kien se tkun l–ikbar rebħa elettorali li qatt kiseb partit politiku f’pajjiżna.

Muscat qal li dan ir-riżultat iħallih bħala kliem, fejn irrenjat l-għaqda fuq messaġġ ta’ firda. Huwa vot ta’ fiduċja favur il-gvern u kontra min ħadem kontra pajjiżna, kontra kampanja ta’ biża u issues li ma jeżistux.

Dan il-vot qed jimla’ lill-gvern b’enerġija biex ikompli bil-ħidma tiegħu.