Mafkar Daphne: Mill-Milied sa San Stiefnu

Read in English.

Il-mafkar spontanju għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia reġa’ tneħħa matul dal-lejl. Waqt il-protesta li seħħet f’għeluq is-sentejn mill-mewt tal-ġurnalista tpoġġew fjuri u diversi affarijiet oħra fuq dan il-monument.

Sal-bieraħ, il-mafkar kien għadu ma ntmessx.

Diversi attivisti esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li reġà tneħħa.

Fid-9am, reġgħu tpoġġew xi fjuri, xemgħat u stampi.

Għal diversi xhur, il-monument tal-Assedju kien qed jiġi mnaddaf mill-ħaddiema tal-Gvern kull darba li l-attivisti jagħmlu xi fjuri jew xemgħat biex ifakkru lill-ġurnalista assassinata. F’Settembru tas-sena l-oħra dan il-monument tgħatta bl-injam minħabba ‘xogħlijiet ta’ restawr’.

L-attivist Manuel Delia kien fetaħ każ fil-Qorti Kostituzzjonali kontra l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u diversi persuni oħrajn. Fl-argument tiegħu Delia kien qal li t-tneħħija tal-banner, tax-xemgħat u l-fjuri kien każ ta’ ċensura, kif ukoll qed tinkiser id-dritt tal-libertà tal-espressjoni.