Mafjuż arrestat f’Pozzallo wara li telaq minn Malta

Read in English.

Raġel mafjuż ġie arresta f’Pozzallo xi jiem ilu wara li niżel fil-port hu u jirritorna minn Malta.

Ġurnali Taljani qed jgħidu li Simone Gaetano, li għandu 48 sena, hu oriġinarjament minn Gela fl-Italja ġie arrestat. Hu ġie arrestat b’rabta ma’ akkużi ta’ assoċjazzjoni mal-mafja, estorsjoni, u assoċjazzjoni kriminali ma’ traffikar u bejgħ tad-droga. Hu qed jiġi akkużat ukoll b’pussess ta’ armi mingħajr permess.

Hu ġie arrestat mil-Caltanisetta Flying Squad fil-Port ta’ Pozzallo.