Il-mafja interessata f’Malta – investigatur Taljan

Read in English.

Hemm konnessjoni bejn il-mafja Taljana u Malta skont id-Direttur tal-Aġenzjija Taljana li tinvestiga l-Mafja (DIA).

Id-Direttur, il-Ġeneral Giuseppe Governale qal li l-mafja dejjem kellha viżjoni kbira u li dejjem rat il-proporzjon ta’ bejn l-infieq u l-profitti tagħha. Spjega li l-mafja tmur fejn il-GDP ikun qed jikber u fejn mhemmx biżżejjed legiżlazzjoni kontra l-mafja jew ma tkunx daqstant effettiva.

F’konferenza f’Ruma, Governale qal li investigazzjonijiet fuq is-settur tal-gaming jissuġġerixxu li hemm konnessjoni bejn il-mafja u l-interess kbir li hemm f’Malta.

Id-Direttur qal li trid issir ħidma biex in-nies, speċjalment iż-żgħażagħ, isiru jafu bir-riskji tal-logħob tal-ażżard illegali.

Id-DIA hija d-Direzione Investigativa Antimafia.

Malta u l-Italja flimkien kontra l-mafja