Read in English.
‘Il fuq minn 1.5 miljun persuna tilfu ħajjithom minħabba l-COVID-19 fejn il-medja ta’ mwiet f’ġimgħa kienet ta’ waħda kull disa’ sekondi, hekk kif f’Diċembru mistenni jibda’ jitqassam il-vaċċin f’diversi pajjiżi.
Terz tal-imwiet globali seħħew fl-aħħar xahrejn. L-iżjed pajjiż affettwat, l-Istati Uniti, bħalissa qed jikkumbatti t-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet ta’ coronavirus.
Il-ġimgħa l-oħra kien hemm medja ta’ iżjed minn 10,000 persuna minn madwar id-dinja li mietet kuljum u l-għadd baqa’ jiżdied b’rata kostanti ma’ kull ġimgħa li qed tgħaddi.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li Covid-19 ikkawżat iżjed imwiet matul din is-sena mit-tuberkulożi fl-2019 u kważi erba’ darbiet iżjed l-għadd ta’ mwiet kawżati mill-malarja.