Madwar 5,600 ġurnalist jinsabu Ruma għall-Konklavi

F’Ruma bħalissa hemm madwar 5,600 ġurnalist, 35 fotografu u 36 ċentru tal-aħbarijiet li se jirrappurtaw il-Konklavi li jibdew għada biex jinħatar Papa ġdid.
Madwar 90 persuna li se jkunu qed jgħinu matul il-Konklavi illum mistennija jieħdu ġurament biex jagħtu s-servizz. Dawn jinkludu tobba, tekniċi, xufiera, il-kapijiet tal-gwardja Svizzera u l-pulizija Taljana.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem għas-Santa Sede Patri Federico Lombardi qal li għada, fl-10am, se ssir quddiesa fil-bidu tal-Konklavi. Id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, Patri Angelo Sodano, se jmexxi l-omelija. Il-quddies, li se ssir fil-Bażilika tal-Vatikan, mistennija ddum madwar siegħa u 40 minuta.

Fl-4:30pm ta’ nhar it-Tlieta, tibda purċissjoni mill-kappella Pawlina lejn id-dħul tal-konklavi. Il-purcissjoni se tkun magħmula minn kardinali, fosthom il-Kardinal Malti Prosepro Grech u kor li se jkun qed ikanta l-Litanija tal-Qaddisin u l-Veni Creator Spiritu. Patri Lombardi qal li probabilment, l-ewwel duħħan miċ-ċumnija mhux se jidher qabel it-8pm tat-Tlieta.

Il-Quddiesa tal-inawgurazzjoni jista’ jkun li ma ssirx il-Ħadd, dan minħabba li hemm ħafna kapijiet ta’ stat li jridu jaslu Ruma għal dan l-avveniment.
Id-data ta’ din il-quddies tiddependi mid-data tat-tmiem tal-Konklavi.