Madwar 338 persuna jiddaħħlu l-emerġenza kuljum

Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, kważi 62,000 persuna wżaw is-servizz tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentarti dwar is-servizz tal-Emerġenza fl-ewwel sitt xhur tal-2015.
Dan l-ammont ifisser li kuljum, medja ta’ 338 persuna, jagħmlu użu mid-Dipartiment tal-Emerġenza.