Madwar 3,000 klassi fi Spanja kwarantina

Diversi studenti ta’ kull età li jattendu 2,852 klassi madwar Spanja kellhom jagħmlu l-kwarantina minħabba l-coronavirus minn meta reġgħet fetħet l-iskola, skont data pprovduta mill-awtoritajiet reġjonali lill-Ministeru għall-Edukazzjoni. 

Dan jirrappreżenta anqas minn 1% tat-total, imma l-perċentwali tal-klassijiet affettwati tvarja ħafna bejn is-17-il reġjun ta’ Spanja. L-awtoritajiet tal-edukazzjoni qalu li n-numru ta’ klassijiet fi kwarantina għadu f’livell li jista’ jiġi mmaniġjat sew, fejn l-iskejjel jistgħu jibqgħu jaħdmu b’mod relattivament normali, minkejja ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-Covid-19.

Imma l-fatt li t-tfal ikollhom jibqgħu d-dar minħabba l-kwarantina qed jikkawża problemi serji għal eluf ta’ familji. Kienu ftit reġjuni biss li rrispondew għall-mistoqsijiet ta’ EL PAÍS’s dwar kemm-il student kien affettwat, u l-Ministeru għall-Edukazzjoni għadu ma pprovdiex għadd totali. Imma jekk klassi medja għandha 15-il student, li huwa għadd konservattiv, dan ifisser li aktar minn 40,000 student daħlu fi kwarantina sa mill-bidu tas-sena skolastika.

Fi Franza, jidher li terz mill-każijiet ġejjin mill-iskejjel u mill-universitajiet.