Madwar 30 karozza ikkompetiet fir-Rally tal-Old Motors Club

L-Old Motors Club Malta, li din is-sena ċċelebra t-30 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu organizza edizzjoni oħra tal-Mdina Glass Rally and Show. Madwar 30 Karozza kkompetew fir-Rally li saret nhar il-Ħadd li għadda u madwar 30 oħra ħadu sehem f’wirja qrib l-istabbiliment ta’ Mdina Glass ġewwa Ta’ Qali.

Ir-Rally kienet tikkonsisti f’dawra fuq rotta stabbilita minn qabel. Din normalmenti tinkludi toroq li ma tantx huma ffrekwentati, fil-kampanja, u li joffru xenarju uniku u mill-isbaħ f’pajjiżna. Skont stqarrija maħruġa minn Old Motors Club Malta, ir-rotta tkun trid tiġi ivvjaġġata fuq istruzzjonijiet tipiċi, f’ħin u b’veloċità stabbilita minn qabel. Kull karozza li tikkompeti normalment ikollha tim ta’ sewwieq u navigatur jew navugatriċi.

l-età ta’ karozzi kienet tvarja bejn 1920 u s-snin 90. Issa l-istennija hija għat-12 ta’ Jannar fejn f-attività apposta ġewwa l-bini tal-Old Motors Club fil-Mosta jitħabbru r-riżultati.